Tifel ta’ sena gravi wara inċident f’Ħal Luqa

CMRU

Tifel ta’ sena u disa’ xhur weġġa’ gravi meta kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-10.30am fi Triq l-Avjazzjoni. Jidher li Range Rover misjuq minn raġel ta’ 31 sena resident San Pawl il-Baħar ħabat wara li x-xufier tilef il-kontroll. It-tifel kien qiegħed fil-karozza mar-raġel.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei. Ir-raġel ma weġġax.