​Tifel ta’ 9 xhur akkużat bi qtil u b’theddid ta’ pulizija

Tifel ta’ disa’ xhur deher quddiem qorti fil-Pakistan akkużat li ppjana qtil, li hedded pulizija u li ndaħal f’affarijiet tal-istat.
Iċ-ċkejken Muhammad Mosa Khan huwa biss wieħed minn grupp ta’ 30 persuna li ttelgħu il-qorti wara li uffiċjali tal-Pulizija kienu qed jippruvaw jabqdu ħallelin li kienu qed jisirqu xi gass fil-belt ta’ Lahore.
Il-Pulizija tal-Pakistan qalet li l-akkużati ppruvaw joqtlu uffiċjali tas-sigurtà billi tefgħu ġebel fid-direzzjoni tagħhom. Madankollu missier it-tarbija qal li l-grupp tiegħu kien qed jipprotesta kontra l-qtugħ tal-provvista tal-elettriku.
It-tifel deher fil-qorti bilqiegħda fuq ħoġor missieru jixrob il-ħalib. Missier it-tarbija jinsab taħt l-istess akkużi. It-tifel ingħata l-libertà proviżorja u l-każ ġie aġġornat għat-12 t’April.
Malli sema’ bil-każ, il-Ministru Pakistani Sharif ried kjarifika u talab lill-Ispettur tal-Pulizija biex tittieħed azzjoni iebsa fil-konfronti tal-uffiċjali tal-Pulizija li ressqu lit-tarbija l-qorti.