Tifel ta’ 9 snin jittajjar minn karozza

Tifel ta’ disa’ snin m’għadux fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-sebgħa w’kwart fi Triq Leli Falzon, in-Naxxar.
Jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 45 sena min-Naxxar.
It-tifel min-Naxxar ukoll ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn kien iċċertifikat li jinsab f’kundizzjoni kritika iżda dalgħodu sar magħruf li b’xorti tajba ma kienx għadu fil-periklu tal-mewt.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ritratt: Malta Police