Tifel ta’ 9 snin jittajjar minn karozza fir-Rabat

Tifel ta’ disa’ snin weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza fir-Rabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30pm fl-inħawi magħrufa bħala Raba Nemel.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn tfajla ta’ 23 sena mir-Rabat stess.