Tifel ta’ 9 snin fil-periklu tal-mewt wara waqgħa ta’ 3 sulari

Aġġornat 05:11 PM
Ambulanza
Miguela Xuereb

Read in English.

Tifel ta’ disa’ snin weġġa’ serjament meta waqa’ tliet sulari minn gallarija fl-Imġarr.

Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan għall-ħabta tas-2.30pm. Il-każ ġara fi Triq il-Karamelli.

Fuq il-post marru uffiċjal tal-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu. Issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-isptar, fejn irriżulta li hu weġġa’ serjament.