Tifel ta’ 8 snin mejjet wara li raġel imbuttah quddiem tren fil-Ġermanja

Raġel imbotta lil tifel quddiem tren li kienet għaddejja fl-istazzjon ewlieni fi Frankfurt fil-Ġermanja, u qatlu.

L-Eritrean ta’ 40 sena mbotta wkoll lil omm it-tifel ta’ tmien snin, imma din salvat. Il-pulizija għadhom ma jafux x’inhi l-konnessjoni bejn ir-raġel u l-vittmi, u r-raġuni għaliex għamel dan għadha mhix ċara.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post, iżda nies li raw dan kollu jiġri quddiem għajnejhom ġrew warajh u rnexxielhom jaqbduh. Huwa qed jiġi interrogat mill-pulizija. L-omm ittieħdet l-isptar u għandha tiġi interrogata wkoll.