Tifel ta’ tmien snin joqtol b’pistola lill-anzjana li kienet tieħu ħsiebu

Tifel ta’ tmien snin minn Louisiana, Stati Uniti, intenzjonalment spara u qatel lill-mara anzjana li kienet tieħu ħsiebu wara li lagħab logħba vjolenti fuq il-kompjuter.

Marie Smothers, ta’ 87 sena, ġiet iċċertifikata mejta b’tiri ta’ arma tan-nar f’rasha. Il-pistola kienet propjetà tal-istess anzjana.

Il-pulizija qalet li t-tifel kellu relazzjoni tajba ħafna mal-anzjana u saħansitra kienu jorqdu fl-istess kamra.

It-tifel mhux se jkun qed jaffaċċja akkużi kriminali, dan għax skont il-liġi fl-Louisiana, it-tfal ta’ taħt l-għaxar snin ma jistgħux jiġu akkużati quddiem qorti.