Aġġornata: Tifel ta’ 8 snin jintlaqat minn karozza fil-Mosta; iweġġa’ gravi

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Tifel ta’ tmien snin weġġa’ gravi meta intlaqat minn karozza fil-Mosta.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għat-7.50 am fi Triq id-Dawr. Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 32 sena mill-Mosta. It-tifel ittieħed l-isptar b’ambulanza.

Il-Pulizija ma kellhiex dettalji dwar kif seħħ l-inċident sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.