Tifel ta’ 8 snin hu dak li daħħal l-aktar flus minn YouTube

Ryan Kaji. Ritratt: You Tube

Tifel ta’ 8 snin li fuq YouTube iwassal l-opinjoni tiegħu fuq bosta ġugarelli ġie msemmi minn Forbes bħala dak li l-aktar li daħħal flus mill-YouTube matul din is-sena li wasslet biex tispiċċa.

Ryan Kaji li għandu 22.9 miljun persuna msieħba fiċ-channel Ryan World’s u din is-sena daħħal $26 miljun, jiġifieri $4 miljun aktar mis-sena l-oħra.

Hu kien beda dan iċ-channel tiegħu fuq You Tube billi kien jidher fil-filmati jiftaħ ir-rigali u jikkummenta dwarhom.

Tifla ta’ 5 snin tinsab fit-tielet post. Din hija Anastasia Radzinskaya li tidher f’filmati ma’ missierha. It-tifla għandha cerebral palsy u fost il-filmati tagħha hemm wieħed fejn tidher ma’ missierha tiżfen għal Baby Shark. Skond Forbes, hija daħħlet $18-il miljun mill-YouTube wara li l-filmati tagħha rawh 42 biljun darba.

Ritratt: The Radzinskaya Family

Fil-lista nsibu wkoll lil Dude Perfect li ġew fit-tieni post. Dan iċ-channel hwua ta’ 5 ħbieb fit-tletinijeit tagħhom li fil-filmati jidhru f’attivitajiet sportive jew jagħmlu bosta stunts.

Il-lista ta’ Forbes ta’ l-10 li l-aktar li daħħlu flus matul din is-sena huma:

1 Ryan Kaji, $26 miljun

2 Dude Perfect, $20 miljun

3 Anastasia Radzinskaya, $18 miljun

4 Rhett and Link, $17.5 miljun

5 Jeffree Star, $17 miljun

6 Preston (Preston Arsement), $14 miljun

7     PewDiePie (Felix Kjellberg, $13 miljun *

7     Markiplier (Mark Fischbach), $13 miljun *

9 DanTDM (Daniel Middleton), $12 miljun

10 VanossGaming (Evan Fong), $11.5 miljun

  • Is-seba’ u tmien post kellhom l-istess ammont ta’ dħul u għaldaqstant it-tnejn li huma jikklassifikaw fis-seba’ pożizzjoni.