Tifel ta’ 8 snin gravi wara li ttajjar minn karozza f’San Ġwann

Tifel ta’ 8 snin indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’San Ġwann.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ ilbieraħ fid-9pm fi Triq in-Naxxar. It-tifel Sirjan indarab wara li ntlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena residenti Raħal Ġdid.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lit-tifel. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.