Tifel ta’ 6 snin isofri ġrieħi ħfief wara li jaqa’ sular f’ċentru kummerċjali

Tifel ta’ 6 snin qed isofri minn ġrieħi ħfief wara li waqa’ sular f’ċentru kummerċjali li jinsab fi Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:00 ta’ wara nofsinhar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei.