Tifel ta’ 6 snin gravi wara li ntlaqat minn karozza fl-Imsida

Tifel ta’ sitt snin weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fl-Imsida.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata li kien hemm inċident fi Triq C. De Brocktorff fil-11:30am.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li karozza misjuqa minn mara Russa ta’ 39 sena minn Tas-Sliema laqtet lit-tifel ta’ sitt snin.
Ambulanza ssejħet fuq il-post u ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.