​Tifel ta’ 5 snin jmut wara li ngħalaq f’bieb ta’ restorant

Tifel ta’ ħames snin tilef ħajtu wara li rasu nqabditlu bejn ħajt u mejda ta’ restorant f’Atlanta fl-Istati Uniti.
It-tifel weġġa’ gravi u miet aktar tard fi sptar. L-inċident seħħ fi tmiem din il-ġimgħa.
Ħaddiema tar-restorant ippruvaw jaqilgħuh minn fejn kien, imma laħaq ġarrab ġrieħi gravi f’rasu u f’moħħu.
Il-Pulizija qalet li t-tifel kien qed jesperimenta bħalma jagħmlu t-tfal, u r-restorant li joffri veduta ta’ 360 grad offra attrazzjoni miżjuda.