Tifel ta’ 5 snin imut wara li tegħreq dgħajsa b’39 persuna

Imut tifel ta’ 5 snin wara li dgħajsa b’39 persuna għerqet barra l-kosta tal-Lebanon hekk kif kienet fi triqtha lejn Ċipru b’mod illegali. Ħafna minnhom irnexxielhom isalvaw permezz ta’ ħidma ta’ salvataġġ min-naħa tal-armata Libaniża.

Sorsi mis-sigurta Libaniża qalu li din kienet l-ewwel darba din is-sena li grupp ta’ refuġjati ippruvaw jaslu sal-Ewropa permezz ta’ dgħajsa li telqet mil-Lebanon, propju fejn ir-refuġjati Sirjani jammontaw għal madwar kwart tal-popolazzjoni.