Tifel ta’ 5 snin imut b’marda relatata mal-coronavirus fi New York

U.S. Army National Guard photo by Sgt. Amouris Coss

Read in English.

Tifel ta’ 5 snin miet b’marda rari relatata mal-Covid-19. Il-Gvernatur ta’ New York Andrew Cuomo qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha espona dan ir-riskju ġdid għat-tfal f’din il-pandemija. It-tifel miet fi New York il-Ħamis.

Il-Gvernatur qal li l-uffiċjali tas-saħħa qed jinvestigaw 73 każijiet simili li ġew irrappurtati fi New York fejn t-tfal urew sintomi simili għall-marda Kawasaki li hija marda respiratorja kkawżata mill-coronavirus.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters irrappurtat li każijiet rari ta’ mard infjammatorju kkważat mill-Covid-19 fost it-tfal kien l-ewwel irrppurtat fir-Renju Unit, l-Italja u Spanja iżda t-tobba fl-Istati Uniti qed jirrappurtaw gruppi żgħar ta’ tfal b’din il-marda li tista’ tattakka organi differenti tal-ġisem kif ukoll iddgħajjef l-arterji tal-qalb.

F’Malta sa issa hawn każ wieħed ta’ Kawasaki fost it-tfal. Il-ġimgħa li għaddiet, il-Professur Gauci kkonfermat dan il-każ waqt il-konferenza tal-aħbarijiet u qalet li meta ġie ttestjat dan irriżulta negattiv għall-Covid-19.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn