Tifel ta’ 4 snin l-isptar wara li waqa’ f’pixxina f’San Pawl il-Baħar

Tifel ta’ 4 snin ittieħed l-isptar wara li waqa’ f’pixxina f’San Pawl il-Baħar.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-2.30pm fi Triq ir-Ramel.

Jidher li t-tifel waqa’ f’pixxina li tagħmel parti minn lukanda u ngħata l-ewwel għajnuna minn membri tar-Red Cross. Wara ttieħed l-isptar b’ambulanza. It-tifel weġġa’ ħafif.