Tifel ta’ 3 snin jittajjar f’Wied il-Għajn

Tifel li x’aktarx hu barrani kellu jittieħed b’urġenza Mater Dei wara li llum waranofsinhar ttajjar minn karozza.
L-inċident ġara għall-ħabta tal-3.45pm fi Triq Santa Anna f’Wied il-għajn.
Il-karozza li tajritu kienet qed tinstaq minn mara ta’ 43 sena residenti f’Wied il-Għajn stess.
Jidher li t-tifel kien fil-karozza ma’ ommu u għal xi raġuni ħareġ minn ġo fiha, b’konsegwenza li ttajjar.
Sa issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni ta' saħħet it-tifel.