Tifel ta’ 3 snin ittajjar u weġġa’ ħafif fi Triq Fortunato Mizzi fir-Rabat Għawdex.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm u kkonferma li t-tifel huwa Għawdxi. Jidher li t-tifel ittajjar viċin zebra crossing.
Huwa ttieħed l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Huwa ttajjar minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Għarb.