Aġġornata: Ġrieħi ħfief għat-tifel ta’ 3 snin li ttajjar dalgħodu

It-tifel ta’ 3 snin li dalgħodu ddaħħall-isptar wara li ntlaqat minn vettura f’Santa Luċija ġarrab biss ġrieħi ħfief.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fi Triq Dawret it-Torri, xħin it-tifel intlaqat mill-vettura li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 sena li joqgħod ir-Rabat.
Il-kundizzjoni tat-tifel għadha mhix magħrufa, iżda ttieħed Mater Dei għall-ewwel għajnuna.