Tifel ta’ 3 snin jinstab mejjet

Tifel mejjet Messiku Tyres Tinda
Reuters

Katavru misjub fil-Messiku ġie identifikat bħala tifel ta’ 3 snin li kien irrappurtat nieqes f’Diċembru li għadda.

Missier Abdul-Ghani Wahhaj huwa wieħed minn 5 adulti akkużati b’abbuż fuq it-tfal fil-post fejn instab it-tifel. F’Diċembru, ommu kienet qalet lill-pulizija li missier it-tifel kien ħadu u qatt ma rritorna d-dar.

Il-kundizzjoni li kien fiha ġisem it-tifel għamilha diffiċli biex jidentifikawh u biex isibu x’wassal għal mewtu.

Din is-sejba ġiet jumejn wara li l-Imħallef ta’ Taos County rċieva xi theddid Iżlamofobiku talli ħeles lill-5 akkużati mill-arrest, li kollha huma ta’ karnaġġjon skur u Musulmani.

Il-ġisem instab tlett ijiem wara li l-Pulizija fittxet fil-post fejn sabet 11-il tifel u tifla f’kundizzjonijiet maħmuġin mingħajr ikel jew ilma nadif.

Il-ġenituri tat-tfal ġew akkużati b’abbuż.