Tifel ta’ 16 evakwat b’ħelikopter minn Mġarr ix-Xini

Tifel ta’ 16-il sena ġie evakwat mill-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) permezz ta' ħelikopter waqt li kien fi Mġarr ix-Xini f’Għawdex.
Fi stqarrija, l-FAM qalu li t-tifel mir-Renju Unit itella’ bil-ħelikopter AW139. It-tifel ittieħed l-isptar ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza.
Skont l-FAM l-inċident seħħ illum waranofsinhar.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li t-tifel żelaq fi Mġarr ix-Xini. Qalet li peress li ma kienx hemm aċċess għal stretcher, intalbet l-assistenza tal-FAM.
Il-kundizzjoni tat-tifel għadha mhix magħrufa.
Ritratt: Arkivji