Tifel ta’ 14-il sena jinstab ħati li kellu mowbajl misruq

Tifel ta’ 14-il sena ingħata s-sentenza ta’ xahrejn priġunerija sospiżi għal 18-il xahar kif ukoll ordnat iħallas €170 fi spejjeż tal-Qorti wara li nstab ħati li kellu oġġetti misruqa.
Il-każ seħħ fil-15 ta’ Lulju tal-2011 meta it-tifel seraq il-basket ta’ Ġermaniż fil-Gżira.
Fost l-affarijiet misruqa kien hemm il-mowbajl, li t-tifel beda juża sakemm ġie ntraċċat mill-Pulizija.
Mal-Pulizija, huwa qal li s-SIM kienet tiegħu u li l-mowbajl kien xtraħ għal €70.