Tifel ta’ 14-il sena akkużat bi qtil f’New York

New York City Police Department (NYPD) officer arrives at 787 7th Avenue in midtown Manhattan where a helicopter was reported to have crashed in New York City, New York, U.S., June 10, 2019. REUTERS/Brendan McDermid

Il-Pulizija fi New York ħabbret li arrestat tifel ta’ 14-il sena li qed tgħid li qatel żagħżugħa waqt serqa bruttali f’Manhattan xahrejn ilu. Il-qtil ixxokkja lil din il-belt fejn ir-rati tal-kriminalità kienu qed jonqsu.

Skont ir-Reuters, it-tifel ġie arrestat il-Ġimgħa filgħaxija bla inċidenti. F’Diċembru kienu arrestaw tifel ta’ 13-il sena b’rabta mal-qtil ta’ Tessa Majors ta’ 18-il sena, studenta f’Barnard College.

Id-District Attorney ta’ Manhattan Cyrus Vance qal li l-arrest kien punt prinċipali fit-triq għall-ġustizzja għal Tessa Majors.

It-tifel mistenni jitressaq il-Qorti nhar l-Erbgħa akkużat bi qtil u b’serq.