Tifel ta’ 10 snin jsalva tarbija mill-baħar f’Marsalforn

Tifel ta’ 10 snin salva l-ħajja ta’ tarbija ta’ 18-il xahar f’inċident li seħħ f’Marsalforn f’Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.45 ta’ dalgħodu meta l-anzjana ħadet lit-tarbija biex jgħumu f’Marsalforn.
Ġara iżda li l-anzjana weħlitilha sieqa mas-sellum, bit-tarbija taqa’ fil-baħar.
Hekk kif l-anzjana bdiet tgħajjat għall-għajnuna, it-tifel ta’ 13-il sena qabeż fil-baħar u rnexxilu joħroġ lit-tarbija mill-ilma.
Mara li kienet fuq il-post tat l-ewwel għajnuna, bit-tarbija u nanntu jittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.