Tifel ta’ 13-il sena jaqa’ sular

Tifel ta’ tlettax-il sena jinsab f’kundizzjoni stabbli wara li waqa’ għoli ta’ sular fi Triq Alessio Erardi f’Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu.
It-tifel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza fejn kien iċċertifikat li ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ritratt: Malta Police