Tifel ta’ 10 snin jaqa’ sular imma mhux fil-periklu tal-mewt

Tifel ta’ għaxar snin ma jinsabx fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgaħxija waqa’ għoli ta’ sular fl-Għadira.

Kienu għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija meta t-tifel residenti Ħaż-Żabbar, kien qed jilgħab ma’ sħabu fil-żona riservata għall-karavans fl-Għadira, meta għal xi raġuni waqa’ sular għoli.

Ittieħed immedjatament Mater Dei u hemmhekk ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi imma mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.