Aġġornata: Iweġġa’ gravi t-tifel li waqa’ minn fuq scooter

CMRU

Read in English.

Tifel ta’ 14-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb huwa u jilgħab bl-iscooter.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm limiti ta’ Olive Gardens, ir-Rabat. Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-pulizija u tal-ambulanza li ħadet it-tifel l-isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.