Tifel iweġġa’ gravi wara li ċeda saqaf

Aġġornat 08:26 PM
CMRU

Read in English.

Tifel ta’ 12-il sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ċeda saqaf ta’ residenza abbandunata fl-inħawi ta’ Triq il-Knisja f’Wied il-Għajn.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Kelliem għall-pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.15pm wara li xi tfal daħlu fid-dar abbandunata u ċeda s-saqaf tagħha .

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.