Tifel kważi tilef subgħajh għax raqad bil-loom bands

Tabiba minn Bristol wissiet lill-ġenituri sabiex joqgħodu attenti mil-loom bands, hekk kif tefgħet ritratt fuq grupp fuq Facebook li juri nuqqas ta' ċirkolazzjoni fis-swaba ta' tifel.
Il-loom bands huma lasktu żgħir ikkulurit, u li b'ħafna minnhom, it-tfal joħolqu brazzuletti.
It-tifel kien qed jilgħab bil-lastku kkulurit, meta marret għajnejh bih, u raqad, bil-lastku għadu mdawwar ma' subajh.
B'xorti tajba, il-ġenitur tat-tifel iċċekjatu qabel ma tfiet id-dawl.
Il-moda ġdida tal-Loom Bands li sabet fama fost tfal fir-Renju Unit, waslet Malta matul din l-aħħar sena.