Tifel jittajjar wara l-knisja taż-Żejtun

Tifel ta' 13-il sena sofra ġrieħi ħfief wara li ttajjar wara l-knisja taż-Żejtun.
L-inċident seħħ fi Triq San Girgor fil-12:15pm.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li t-tifel ittajjar minn mara ta' 34 sena minn San Ġiljan.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-isptar Mater Dei.