Aġġornata: Ambulanza ttajjar tifel

Tifel ta’ 12–il sena weġġa’ gravi meta ttajjar minn ambulanza fit-Triq ix-Xatt tas-Sliema.

Skont stqarrija tal-Pulizija, l-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija għal ħabta ta’ sitta u għoxrin meta ambulanza misjuqa minn raġel ta’ 49 sena minn Birżebbuġa tajjret lit-tifel.

Rapporti fil-mezzi tax-xandir qalu li l-Ambulanza kienet qed iġorr wieħed mill-feruti li weġġa’ waqt inċident li seħħ ftit qabel f’The Strand fil-Ġzira, ftit metri ‘l bogħod u tajret lit-tifel waqt li kien qed jaqsam minn fuq Zebra Cross.

It-tifel, li huwa Russu, ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.