Tifel jitgerbeb żewġ sulari taraġ fis-Siġġiewi

Aġġornat 07:13 AM

Read in English.

Tifel ta’ 12-il sena tgerbeb u waqa’ tul ta’ żewġ sulari taraġ fis-Siġġiewi.

Kelliem għall-Puliizja kkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt. Hu spjega li dan seħħ fin-12.30pm fiż-żona magħrufa bħala Xaqqa Cliffs. Il-kelliem spjega li it-tifel waqa’ fit-taraġ li jintuża biex wieħed jinżel jew jitla’ mill-wied.

It-tifel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn irriżulta li għandu ġrieħi ħfief.