Tifel jispara għal student f’Kalifornja

Tifel ta’ 14-il sena spara, u kawża ta’ dan darab student fi skola fin-nofsinhar ta’ Kalifornja.
L-aggressur ħarab minn fuq il-post iżda ġie arrestat aktar tard, minn Pulizija li kien qiegħed f’supermarket fl-inħawi.
Il-vittma, student ta’ 15-il sena, jidher li jinsab f’kundizzjoni stabbli minkejja li għandu ferita f’idu u spalltu kawża tal-isparatura.
Is-suspettat, li kien student tal-istess skola, inqabad mill-Pulizija wara li ċempel lil missieru biex jgħidlu li kien spara b’arma tan-nar fl-arja.
Ma jidhirx li hemm inċentiv konkret wara l-inċident li seħħ ilbieraħ.
L-isparatura wasslet sabiex tissakkar l-iskola, u jittieħdu l-passi kollha neċessarji għal dak li seta’ jkun attakk ieħor kbir u fatali fuq skola fl-Istati Uniti.
Ritratti: Reuters