Tifel jintlaqat minn vann f’San Ġiljan

Tifel ta’ tliet snin intlaqat minn vann fi Triq it-Torri f’San Ġiljan.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-6.30 pm. Jidher li t-tifel ma weġġax. Għalkemm marret ambulanza fuq il-post, din marret lura lejn l-isptar vojta. It-tifel huwa residenti Tas-Sliema u huwa mit-Turkija.

Il-vann involut fl-inċident kien misjuq minn raġel ta’ 29 sena minn Raħal Ġdid.