Aġġornata: Tifel ta’ 5 snin jintlaqat minn karozza fil-Mosta

Tifel ta’ 5 snin intlaqat minn karozza fi Triq it-Torri fil-Mosta. L-inċident seħħ għas-6.30pm. It-tifel ittieħed iċ-ċentru tas-saħħa b’ambulanza.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ quddiem l-Oratorju. Is-sewwieq tal-karozza għandu 32 sena.

It-tifel li għandu 5 snin u residenti l-Mosta kellu ġrieħi ħfief u ġie kkurat fiċ-Ċentru tas-Saħħa stess.