Tifel jintlaqat minn ċomb sparat minn kaċċatur

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li tfajjel iddaħħal l-isptar Mater Dei għall-kura wara li ntlaqat minn ċomb sparat minn kaċċatur.
Il-Pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt, li tfajjel Olandiż ta' 16-il sena daħal l-isptar għall-ħabta tas-7am u ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief.
Jirriżulta li l-inċident seħħ fil-limiti ta’ Pembroke meta t-tifel kien qed josserva l-għasafar flimkien ma’ persuni oħra.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher li t-tifel intaqal f’siequ miċ-ċomb sparati mill-kaċċatur u meta mar biex ikellmu, il-kaċċatur beda jheddu, joffendih u ried iħebb għalih.
It-tifel ittieħed l-isptar mill-persuni li kienu miegħu.
Mhux eskluż li l-kaċċatur jiġi arrestat.  Madanakollu l-Pulizija s'issa ma żvelatx din l-informazzjoni.