Tifel gravi wera li ndarab f’Tas-Sliema

jaqa travu gravi

Tifel ta’ 14-il sena qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li ndarab hu u jaqbeż fil-baħar f’Tas-Sliema. Dan kien ikkonfermat mill-Pulizija ma’ Newsbook.com.mt.

Il-kelliem għall-Pulizija spjega li għall-ħabta tat-3pm kienu infurmati li t-tifel kien qed jaqbeż fil-bajja ta’ taħt The Point f’Tas-Sliema. Hu bi żball ħabat mal-blat.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li tellgħu lit-tifel mill-baħar permezz ta’ dinghy. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.