Tifel jaqa’ żewġ sulari f’Għawdex

Tifel ta’ 15-il sena mix-Xewkija waqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari fil-Qala. L-inċident seħħ fi Triq Wied is-Simar għall-ħabta tal-5.30 ta’ dalgħodu.

Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li t-tifel kien sleepover għand sieħbu, u waqt li kien rieqed qam biex imur il-kamra tal-banju u minflok fetaħ il-bieb tal-kamra, fetaħ tieqa u waqa’.

It-tifel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ħfief.