Tifel jaqa’ u jmut minn fuq għolja fl-Alpi

Tifel ta’ 12-il sena miet wara li waqgħa minn fuq għolja viċin ski resort fl-Alpi fi Franza.
It-tifel u ħuh ta’ 10 snin kienu qegħdin fuq vaganza meta niżlu minn fuq muntanja u għal xi raġuni żvijjaw mill-korsa tal-iskiing.
L-investigazzjonijiet u tfittxija ħarġu li s-subien intilfu, neħħew l-appart tal-iskiing u daħlu ġo foresta qabel ma waqgħu minn fuq għolja ta’ madwar 150 metru.
Iż-żewġt aħwa instabu mit-tim tas-salvataġġ il-lejl li għadda fejn instab li t-tifel il-kbir kien miet, iżda iż-żgħir irnexxielu jsalva.
Missier it-tfal, li kien qed jakkumpanjhom waqt din il-btala, ħalla lill-uliedu s-subien jirritornaw lura waħedhom sakemm ħa lil oħthom ta’ sitt snin dawra mar-riżort.