Tifel jaqa’ f’bir fl-Indja; jittella’ mejjet

A man places flowers on the coffin of a toddler who died after getting stuck in a borewell, in Trichy, India, October 29, 2019, in this still image taken from video. INA/via Reuters TV

Read in English.

Tifel ta’ sentejn li waqa’ f’bir fl-Indja waqt li kien qed jilgħab barra miet wara li l-ħidma biex jiġi salvat damet madwar 80 siegħa. Dan qaluh l-awtoritajiet tal-pajjiż.

Suhith Wilson waqa’ fil-bir fil-25 ta’ Ottubru.

Dan it-tipi ta’ inċidenti huma komuni ħafna f’żoni rurali fl-Indja. Dan hekk kif bost jħaffru toqob fl-art b’mod illegali u jitħallew miftuħin. Fi snin riċenti, każijiet ta’ tfal li jaqgħu fil-bjar tat-tip kienu ħafna. Bosta minnhom wasslu iżda għas-salvataġġ tagħhom b’suċċess.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet tal-istat ħaffru toqba parallella għal dik li waqa’ fiha Wilson sabiex jippruvaw jilħquh. Intant, il-ħaddiema tas-salvataġġ bdew jarmu l-ossiġnu fit-toqba. Aktar tard huma sabu l-ġisem tat-tifel fi stat ta’ dekompożizzjoni.

Il-mewt ta’ Wilson qajmet rabja fil-villaġġ ta’ Nadukattupatti fl-Istat ta’ Tamil Nadu. Hawnhekk, bosta raħħala segwew il-ħidma ta’ salvataġġ mill-qrib u aktar tard attendew il-funeral.

Il-familja tat-tifel akkużat il-Gvern lokali b’aġir negliġenti, iżda uffiċċjali qalu li għamlu dak kollu li setgħu biex isalvaw lit-tifel.