Tifel iweġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza fir-Rabat

Ambulanza-Mater-Dei
Miguela Xuereb

Tifel indarab gravi dalgħodu meta ntlaqat minn karozza fir-Rabat.

L-inċident seħħ fi Vjal il-Ħaddiem fid-8.45am.

It-tifel ta’ 13-il sena ttajjar minn karozza misjuqa minn mara ta’ 30 sena mir-Rabat. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei u hemm ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.