Tifel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar

Read in English.

Tifel ta’ 14-il sena li joqgħod Ħaż-Żabbar, ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ fil-12.15pm fi Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li t-tifel intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel Taljan ta’ 46 sena residenti Marsaskala.

It-tifel ttieħed l-isptar permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.