Read in English.
Tifel imut u 47 persuna ġew salvati hekk kif id-dgħajsa li kienu fuqha inqalbet qrib il-gżira Griega ta’ Lesbos. Dan ħabbritu il-gwardja tal-kosta Griega.
Uffiċċjal tal-pulizija Grieg ħabbar li minn nhar il-Ħadd li għadda madwar elf persuna waslu fil-gzejjer tal-Eġew.
Bħalissa hemm pressjoni kbira fuq il-Greċja hekk kif it-Turkija ħabbret li mhux qed twaqqaf lir-refuġjati Sirjani li jridu jitilqu mill-pajjiż.
Dan wassal biex il-Gvern Grieg iwaqqaf l-proċess tal-ażil u anke jitlob laqgħa tal-ministri tal-Affarijiet barranin tal-Unjoni Ewropeja biex jiddiskutu dan.