Tifel gravi wara li ttajjar minn karozza

Tifel ta’ 6 snin sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura l-Mellieħa.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.30pm fi Triq il-Marfa, xħin għal xi raġuni jew oħra l-vettura, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 27 sena li joqgħod il-Mosta laqtet lit-tifel, li hu Ġermaniż.
Huwa ttieħed immedjatament Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.
Il-Pulizija qed tinvestiga dal-każ.
Ritratt: Arkivji