Tifel gravi wara li ttajjar bir-rota f’Birkirkara

Tifel ta’ 14-il sena li kien qed isuq ir-rota f’Birkirkara weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza.

L-inċident seħħ ilbieraħ fit-8.30pm fi Triq Fleur-De-Lys meta għal xi raġuni t-tifel intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 66 sena li joqgħod il-Belt Valletta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei.