Tifel gravi wara li tajritu karozza fl-Imtarfa

Malta Police Force

Tifel kien qiegħed isuq ir-rota meta laqtitu karozza fl-Imtarfa lbieraħ filgħaxija.

It-tifel ta’ 10 snin kien qiegħed isuq ir-rota fi Triq San David għall-ħabta tat-8.30pm, meta sewwieq ta’ 32 sena mill-Mosta tajru bil-vettura tiegħu.

Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.