Tifel gravi wara li nħataf minn kelb f’Bormla

Archives

Tifel ta’ 14-il sena weġġa’ gravi wara li kmieni dalgħodu ġie aggredit minn kelb x’ħin kien qed joħroġ il-borża tal-iskart barra.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fil-5.30am f’Bormla. Il-kelb huwa tar-razza Pitbull.

Skont rapporti, it-tifel kellu jgħaddi minn operazzjoni.

Il-Pulizija qed tinvestiga il-każ.