Tifel weġġa’ gravi wara li kien passiġġier f’karozza li kienet involuta f’ħabta f’Raħal Ġdid.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegaw li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.30am fi Triq Kordin.
Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 residenti l-Fgura u karozza misjuqa minn mara ta’ 35 sena mill-Isla li kellha magħha tifel ta’ seba’ snin. Il-ħabta kkawżat lill-karozza misjuqa mill-mara biex tibqa’ dieħla ġo vettura tal-Pulizija li kienet fuq il-post minħabba roadchecks li kienu qed isiru.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza. It-tliet persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ħarġet il-kundizzjoni tat-tifel. Il-mara sofriet ġrieħi ħfief, filwaqt li r-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi.