Tifel gravi; ħabta bejn 4 karozzi

Tifel ta’ 10 snin ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bejn erba’ karozzi fin-Naxxar.
It-tifel kien passiġġier fil-karozza ma’ mara ta’ 35 sena min-Naxxar. 
L-inċident li seħħ għall-ħabta tal-4pm kien jinvolvi ħabta bejn erba’ vetturi, tliet karozzi u vann. 
Iż-żewġ karozzi l-oħra kienu misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti San Ġwann, u raġel ta’ 33 sena residenti l-Għargħur. Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Għargħur.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.