Tifel fuq rota jittajjar fil-Fgura

Tfajjel ta’ 13-il sena li kien qed isuq rota, ittieħed l-isptar wara li ntlaqat minn vettura fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs u ħamsa ta’ filgħaxija fi Triq Mahatma Gandhi, meta t-tfajjel intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 35 sena mill-Belt Valletta.
It-tfajjel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza biex jingħata l-kura meħtieġa.
Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn xi ġrieħi, iżda mhux fil-periklu tal-mewt.